Lokali

“Il-Kummissarju ma sejjaħx lil Chris Cardona, iżda sejjaħ lili”

Jitpoġġew banners mal-Ministeru ta' Chris Cardona

Wara li faqqgħet l-istorja ta’ Chris Cardona fil-media internazzjonali, il-Pulizija sejjħet lil Simon Busuttil fl-għassa tal-Belt.

Fuq il-media soċjali d-Deputat Nazzjonalista ħabbar kif il-Pulizija sejjħulu biex imur l-għassa nhar il-Ħamis minħabba xi posters li tqassmu bl-użu tal-karozza personali tiegħu. “Għall-Kummissarju din hi iktar importanti milli jinterroga lil Chris Cardona u Keith Schembri”, qal Busuttil f’kumment li ħalla fuq Twitter.

Fi Tweet, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li dan il-fatt fih innifsu hu xiehda ta’ kemm mhux qed ngħixu f’pajjiż normali.

Intant, ilbieraħ bil-lejl tpoġġa’ poster mal-bieb tal-Ministeru ta’ Chris Cardona fil-Belt Valletta (ritratt taħt).