Lokali Parlament

Il-poplu għandu dritt ikun jaf il-fatti

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-poplu għandu dritt li jkun jaf il-fatti dwar dak li seħħ fl-investigazzjonijiet tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-involviment tal-Ministru Chris Cardona.

Fil-Parlament Adrian Delia qal li fir-ruling kien speċifikat li din hi xi ħaġa ta’ interess pubbliku. Il-ħsara li qed jagħmel il-gvern qed issir lill-pajjiż meta l-gvern mhux qed jirreaġixxi għas-sitwazzjoni. Hu sostna li d-dibattitu hu dwar ġurnalista li nqatlet brutalment.

Kull pajjiż demokratiku jikkunsidra s-sensittività tal-familja u l-interess pubbliku; id-dritt tal-poplu li jkun jaf dak kollu pertinenti li jista’ jwassal jew ma jwassalx għal min kien il-mandanti wara l-qtil. Dan hu s-sens ta’ ġustizzja li jeżisti f’poplu.

Sitt xhur ilu l-Prim Ministru qal li l-Gvern lest jonfoq kemem hemem bżonn biex isolvi dan id-delitt. Il-Gvern flus biss jara! Il-Pulizija qabdu biss lil min qiegħed il-bomba iżda mhux lil min ikkummissjona l-bomba’ id-dinja dan hu li trid taf.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li llejla jrid inaqqas il-ħin tad-dibattitu. Hu staqsa jekk il-Ministru Cardona hux se jispjega jekk hu minnu dak li qed jgħidu l-ġurnali intenazzjonali li ltaqa’ qabel u wara ma wieħed mill-akkużati. Il-Kummissarju kien jafu dan?, staqsa Adrian Delia, li qal li l-Kummissajru ħass li kienet urġenti li jibgħat għal Simon Busuttil fuq twaħħil ta’ posters. Hu staqsa kemm dan hu l-bilanċ li qed jintwera’ fis-soċjetà.

F’Ottubru l-Oppożizzjoni offriet soluzzjoni lill-Gvern. Minn dakinhar inqatel ġurnalist ieħor f’pajjiż barrani fejn irriżenjaw tliet ministri kif titlob id-diċenza tal-politika tal-Punent biex tintrefa’ r-responsabbiltà. F’Malta ħadd refa’ din ir-responsabbiltà, sostna Adrian Delia, li kompla li n-nies għndha dritt li tkun taf u l-gvern għandu obbligu li jwiġeb. Dan hu gvern li jisma’ iżda ma jagħmel xejn u ma jagħtix rendikont ta’ għemilu.

L-Oppożizzjoni talbet ir-riżenja tal-Kummissarju u r-responsabbiltajiet tal-Avukat Ġenerali iżda ma ttieħdu ebda passi biex fuq il-pajjiż baqa’ jintefa’ dell fuq dell. Se tibqa’ toħroġ iktar informazzjoni anki f’dan il-ħin madwar id-dinja fuq il-pajjiż. Informazzjoni ta’ transazzjonijiet ta’ flus li jitrattaw membri tal-gvern u membri ogħlja tal-Gvern. Min se jwieġeb? It-tweġibijiet iridu jsiru lin-nies li għandhom dritt ikunu jafu.

Il-pajjiż jinsab fl-inqas livelli ta’ trasparenza u governabbiltà, sostna Adrian Delia, li kompla li l-Oppożizzjoni qed tagħmel il-parti tagħhom iżda issa jonqos lill-gvern li jagħmel il-parti tiegħu u jagħti sodisfazzjon dwar dak li qed ikun żvelat.

Adrian Delia qal li l-pajjiż m’għandux ibigħ il-valuri, il-morali u l-passporti tiegħu għax b’hekk qed jitlef id-demokrazija. Il-Gvern Soċjalista se jkun il-gvern li jkisser dak kollu li jagħmilna Malitn, inkluż il-lingwa Maltija.

Fid-dibattitu intervjena wkoll id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco li wieġeb għal allegazzjonijiet tad-deputat Laburista Glen Bedinfield u qal li l-uniku relazzjoni tiegħu ma’ George Degorgio kienet waħda pubblika fl-aspett legali fuq kwistjoni ċivili fuq żewġ appartamenti; liema kawżi nfetħu sa mill-2011/12.

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna li l-gazzetti ilhom xhur li rrapportaw dawn il-kawżi waqt li fuq is-servizz tal-qrati online hemm dikjarzzjoni tal-avukati f’kull kawża ċivili.

Fl-Aġġornament il-Kap tal-Oppożizjoni Adrian Delia kompla jitkellem dwar il-każ u qal li mar fil-bar fis-Siggiewi mal-mara u biex jixtri iżda qatt ma kellu inkontri mal-kriminali. Hu kompla li l-bar hu madwar 200 metru mid-dar tiegħu.

Adrian Delia kompla li l-parlamnet irid jassigur ali l-mandanti f’delitt li fena l-pajjiż u weġġa’ n-nies u qed iħalli ħsara barra l-pajjiż jinqabdu għaliex il-pajjiż għandu problema. Dan mhux pajjiż normali. Hu kompa li l-Oppożizzjoni għamlet mozjzoni li ttlob investisazjzoni war dak kollu li qalet Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern ivvota kontra u l-Oppożizzjoni ivvutat favur.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-pulizja jistgħu jinvestigawh meta jridu għax hu lest jikkopera mal-pulizija għax m’għandux problema ta’ xejn. Hu kompla li l-Gvern ried jimlbokka idn il-mozzjoni, ivvutat kontirha iżda l-gvern tkellem bis fuq Arian Delia u mhux Daphne Caruana Galizia. It-tattika tal-Gvern hi li meta jkollu xjaħbi jitkellem fuq ħaddieħor. Il-gvern ħataf l-istituzzjonijiet f’idejh u għandu s-saħħa li jgħid lil min jipproċedi u jwaqqaf lil min min jieħu passi. Hu sfida lill-Gvern bei xjekk iriud iridu u għandhom xi prova jmexxu kontrih. Il-pajjiż jixraqlu aħjar. Kieku r-riżenji saru kieku qe dnitkellmu fuq suġġetti oħra.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li iktar ma l-gvern idum jipposponi, iktar il-pajjiż se jibq ajkun imweġġa.

Keith Schembri ammetta tentattiv ta’ ħasil ta’ flus – Jason Azzopardi, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-gvern jiddefendi l-imbruljuni flok l-embrijoni. Il-Gvern ta’ daqqa ta’ ħarta lil Malta issa bil-provi dwar 17 Black.

Keith Schmebri ammetta u dan jammetti għal tentattiv ta’ ħasil ta’ flus iżda l-kummisjsajru tal-Pulizija ma ħa l-ebda passi kontra Schembri li ammetta li pprova jsħseb il-flus. Dwar dan hemm emails maħruġa internazzjonalment biex f’kull xaħar jidħlu €150,000 fil-kont ta’ Keith Schembri. Dan hu mument ta’ gravità kbira bi stejjer tal-waħx.

Mhux għaqli li ministru tal-Gvern qed jidhr flimkien ma’ ċertu nies u jitkellem qabel u wara l-omiċidju ta’ Caruana Galzia. Hu qal li jkek il-pulizija kineu qed jissorveljaw allura kiff ma kinux jafu? Hu staqsa jkek kinx hmem min kien jaf bil-pjani li ktun eliminata Caruana Galizia. Dan għaliex qabel ir-rejd fil-Marsa l-akkużati kienu informati. Dwar dan għandha ssir inkjesta. Il-pulzija sostnew li lanqas il-Kummissarju ma kien jaf bir-rejd iżda l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru kien jaf minn qabel u ċempel barra minn Malta. Mhux kumbinazzjoni li l-mobiles kollha intremew fil-baħar qabel saru l-arresti mill-pulizija. Dan hu punt mill-iktar gravi.

Jason Azopardi staqsa kif il-puliizja ma nterrogatx lix-xhieda li raw lil Chris Cardona jitkellem ma’ wieħe dmill-akkużati. Hu staqsa jekk is-Servizzi tas-Sigurtà għandhom filmati tal-kuntatti ta’ Chris Cardona iżda m’għaddewhomx lill-Maġistrat Inkwernti.

Jason Azzopardi qal li hu magħruf minn La Repubblika kif il-pulizija ma ħadux passi meta l-mobile kien qed jiġi itteppjat għal xhur. Il-Prim Ministru baqa’ ma weġibx. Hu staqsa jekk is-Servizzi tas-Sigurtà kellhomx ħjiel li qed jiġi ppjanat attentat ta’ karozza bomba fil-Bidnja. L-għada tal-4 ta’ Diċembru sar rejd fil-garaxx fejn kienet ippjanata l-bomba iżda qabel il-pulizija ma kellhomx is-suspett dwar il-garaxx.

Il-Ministru Cardona qal li ma kinx jaf lill-akkużati iżda kien hu l-avukat ta’ wieħed minnhom snin ilu u li l-ġuri tiegħu se jsir din is-sena. Il-gravità tidħol meta ma jibqax it-tip ta’ xogħol legali. Hu staqsa lill-Prim Ministru meta sar jaf bl-inkontru fil-bar tas-Siġġiewi u meta kine informat mis-Servizzi tas-Sigurtà. Hu staqsa jkek bgħattx għall-Ministru Cardona u x’pożizzjoni ħa. Għaliex lill-gazzetti qallhom biex jippubblikaw dak li għandhom?

Jason Azzopardi appella lill-Kummissarju tal-Puliizja u lill-Avukat Ġenerali biex ma jibqgħux siekta u jkissru l-ġurament li ħadu quddiem ir-rapporti ta’ korruzzjoni konfermata bl-emails. Jekk dan ma jsirx allura dwn huma kompliċi b’mod attiv, sostna Jason Azzopardi.