Sport Sport Ieħor

L-atleti Maltin tal-Weightlifting juru titjib f’San Marino

Tliet atleti tat-tim nazzjonali ħadu sehem f'San Marino

It-tim Malti tal-Weightlifting kellu prestazzjoni tajbin fit-Tazza ta’ San Marino. It-tim kien immexxi mill-kowċ Kurt Camilleri filwaqt li t-tim Malti kien magħmul minn Anton Micallef, Shaun Ciantar u Ryan Paul Degiorgio.

Il-kompetizzjoni li saret f’San Marino ħadu sehem timijiet minn Ruma, Lazio u Parma fl-Italja, kif ukoll l-Iżvizzera, il-Kroazja, Monaco u San Marino.

Ciantar u Degiorgio li għalihom kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali għalihom ħadu sehem fil-kategorija tas-77 kilo. Huma spiċċaw biex tejbu r-riżultati li kisbu f’pajjiżna fl-aħħar xhur.

Fil-Clean and Jerk kienu aktar kunfidenti u rnexxielhom iżidu fil-kilos li refgħu f’Malta għal 122 kilo u 104 kilo rispettivament. B’dan ir-riżultat, Ciantar kiseb l-ewwel post filwaqt li Degiorgio spiċċa t-tielet.

Anton Micallef ħa sehem fil-kategorija tal-94 kilo fejn kien involut fil-kompetizzjoni tal-irġiel A. L-esperjenza tiegħu wasslet biex tejjeb ir-refgħa tiegħu fiż-żewġ kategoriji. Hu għalaq il-kompetizzjoni b’107 kilo fis-Snatch u 131 kilo fil-Clean and Jerk għal total ta’ 238 kilo. B’hekk hu kkonferma postu mal-ewwel tlieta f’din il-kategorija.