Mara mietet wara li spiċċat nofsha barra minn tieqa ta’ ajruplan waqt li kien fuq vjaġġ intern fl-Istati Uniti. Dan wara li spodiet makna tal-ajruplan u biċċa minnha faqgħet it-tieqa tal-ajruplan.
L-ajruplan, Boeing 737-700 kien fuq rotta New York lejn Dallas b’143 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ meta seħħ l-inċident. Inqala’ l-paniku abbord l-ajruplan hekk kif il-mara nġibdet ’il barra, nies abbord l-ajruplan irnexxielhom jiġbduha ġewwa.
L-ajruplan, tas-Southwest Airlines, imbagħad kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Philadelphia. F’din il-ġrajja b’kollox indarbu seba’ passiġġieri.
L-aħħar darba li passiġġier miet waqt titjira interna fl-Istati Uniti kien fl-2009. Il-mara li mietet kienet omm ta’ żewġt itfal.
Uffiċjali Amerikani qalu li makna ta’ ajruplan tispoldi b’dan il-mod kienu rari ħafna. Il-bdot irnexxielu jniżżel l-ajruplan b’makna waħda mingħajr inċident.
FL-ISTATI UNITI: Mara mietet wara li spiċċat nofsha barra minn tieqa ta’ ajruplan


