Illum, għall-ħabta tad-9am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ katavru fil-baħar, fl-inħawi magħrufa bħala l-Munxar fil-limiti ta’ Dellimara.
Il-katavru, li huwa ta’ mara u għadu ma ġiex identifikat, ittella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta u ddaħħal f’Xatt it-Tiben il-Furjana.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>