Internazzjonali

Mietet Barbara Bush

Tħabbret il-mewt tal-eks-First Lady tal-Istati Uniti, Barbara Bush f’età ta’ 92 sena. Barbara Bush kienet fost l-aktar First Ladies maħbuba fl-Istati Uniti. Din il-ġimgħa tħabbar li qed tbati minn problemi tas-saħħa u irrifjutat li tingħata aktar trattament mediku mill-isptar u li kellha tqatta’ l-kumplament ta’ ħajjitha ‘taħt il-kura ta’ familtha’.
Barbara Bush u li żewġha, George H.W. Bush, li għandu 93 sena, hu l-aktar eks-President Amerikan li ilu jgħix, iddeċidiet dwar il-comfort care mill-qraba wara li hi kellha tidħol l-isptar diversi drabi.