Lokali

Ordni biex il-konkos jitnaddaf f’temp ta’ 48 siegħa

Rabja kbira min-nies fuq il-media soċjali hekk kif fl-aħħar sigħat bdew iduru ritratti online illi juru konkos iċarċar mas-swar tal-Belt, in-naħa ta’ Dar il-Mediterran.

Il-Pulizija investigaw dan il-każ wara li sar rapport formali mill-Kunsill tal-Belt Valletta.

Issa, min wettaq din il-ħsara fuq is-swar ingħata 48 siegħa biex inaddaf dan il-konkos niexef.