Lokali Qtil Politiku

IL-QTIL TA’ CARUANA GALIZIA: Isir l-aċċess tal-Maġistrat fil-Bidnija

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit dalgħodu mexxiet inkjesta fil-post li fih inqatlet Daphne Caruana Galizia kif ukoll postijiet oħrajn li huma assoċjati ma’ dan id-delitt.

L-Ispettur Keith Arnaud beda billi ta spjegazzjoni fil-post fil-Bidnija li huwa l-lok fejn wieħed mill-akkużati kien qed isegwi l-movimenti tal-ġurnalista.

Pulizija armati dehru fil-post waqt li kienet qed issir l-inkjesta.

It-tliet akkużati u l-avukati tagħhom kienu preżenti.

Preżenti ukoll l-avukat tal-familja Caruana Galizia, Jason Azzopardi.