Internazzjonali

Saret laqgħa sigrieta bejn il-kap tas-CIA u Kim Jong-un

Mike Pompeo

Kien ikkonfermat li Mike Pompeo, il-kap tas-CIA, kellu laqgħa sigrieta fi Pyongyang ma’ Kim Jong-un, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq.
L-aħbar għall-ewwel ħarġet fil-midja Amerikana u aktar tard kienet ikkonfermata mill-istess President Amerikan, Donald Trump, li stqarr li Pompeo kien irnexxielu jibni relazzjoni tajba mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq. Hu żied li l-laqgħa kienet imxiet tajjeb ħafna.
Il-laqgħa saret fl-Għid u nżammet mistura s’issa. Din kienet il-laqgħa tal-ogħla livell li qatt saret bejn iż-żew[ pajjiżi mill-2000. L-iskop ewlieni ta’ din il-laqgħa kien is-summit li għandu jsir f’Ġunju bejn Trump u Kim; id-dettalji ta’din il-laqg]a għadhom qed jitfasslu.