Erba’ żgħażagħ se jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il-Ħadd,
22 ta’ April 2018, fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina, fid-9am.
L-erba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni huma:
– Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
– Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
– Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija V.M., l‑Imtarfa
– Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin
Il-Knisja fi stqarrija qalet illi kulħadd hu mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tal-kleru, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati djakni nhar il-Ħadd.
//= $special ?>