Lokali Parlament

Is-sedja tilqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni għal dibattitu dwar l-urġenza tas-sitwazzjoni

Is-Sedja laqgħet it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex isir dibattitu urġenti dwar is-sitwazzjoni wara li kienu żvelati kuntatti bejn il-Ministru Chris Cardona u wieħe dmill-akkużati fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

F’ruling id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg qalet li s-suġġett hu ta’ importanza u tilqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni għal dibattitu. Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius issekonda.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Gvern innota r-ruling u mhux se jikkontesah. Hu talab liema rulings id-Deputat Speaker ikkonsultat u ma’ min ikkonsultat.

Is-Sedja qalet li mhix obbligata li tagħti din l-informazzjoni iżda ħadet il-pariri neċessarji dwar is-suġġett.