Ilbieraħ dan is-sit irrapporta inċident mhux tas-soltu fi Triq l-Indipendenza f’Ħaż-Żebbuġ, fejn żewġ karozzi spiċċaw ġarrbu ħsarat konsiderevoli wara li waqa’ ċint għal fuqhom.
Ritratti li rċevejna urew l-istat li fih spiċċaw il-karozzi li kienu ipparkjati, b’waħda minnhom kważi titkisser kompletament. Il-karozza l-oħra kellha xi ħsarat fuq in-naħa ta’ quddiem.
Ironikament, wara li dawn il-karozzi spiċċaw kważi kompletament imkissra, dalgħodu s-sidien sabu ċitazzjoni ma wiċċhom – ċitazzjoni li kompliet tinfurjhom wara t-trawma li għaddew minnha lbieraħ.
//= $special ?>