Ser jibda l-aħħar xogħol t’asfaltar tal-proġett ta’ bini mill-ġdid tar-roundabout biswit id-dar tal-anzjani San Vinċenz de Paule, fit-triq ewlenija li minn Ħal Luqa twassal għal Ħal Qormi.
Ix-xogħlijiet ser isiru llejla u għada bil-lejl u bejn nhar il-Ħadd 22 sal-Erbgħa 25 t’April. Partijiet minn dawn it-toroq biswit l-istess roundabout ser ikunu magħluqa għat-traffiku f’dawn il-ġranet bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.
//= $special ?>