Lokali

FILMAT: Ħadd ma jweġġa’ f’nirien li ħakmu appartament f’Santa Venera

Fortunatament ħadd ma’ weġġa min-nirien li ħakmu parti minn blokka ta’ erba’ appartamenti fi Triq Patri Franġisk Grech, f’Santa Venera.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15pm u fuq il-post marru mill-ewwel il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tat-tifi tan-nar li kkontrollaw is-sitwazzjioni mill-aktar fis u kif ukoll numru ta’ ambulanzi.

S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża n-nirien.