Futbol Sport

Futbol: Aguero f’tellieqa kontra l-ħin biex jirkupra għat-Tazza tad-Dinja

L-attakkant ta’ Manchester City Sergio Aguero jinsab f’tellieqa kontra l-ħin biex jikrupra u jilgħab fit-Tazza tad-Dinja li se ssir f’Ġunju li ġej.

Dan wara li ġie operat f’irkopptu u b’hekk se jitlef il-kumplament tal-partiti tal-Premiership Ingliż.

Filwaqt li din l-aħbar ma tantx għandha tkun waħda ħażina għal Man City li huma diġa’ champions, Aguero issa jittama li jkun f’kundizzjoni tajba biex jilgħab fit-Tazza tad-Dinja mal-Arġentina. L-ewwel logħba tal-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja se tkun fis-16 ta’ Ġunju kontra l-Iżlanda.