Skoċċiża ta’ 69 sena li toqgħod Tas-Sliema weġġgħat gravi f’ħabta bejn karozza tal-linja u karozza oħra fil-Blata l-Bajda, il-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.00 fit-Triq Nazzjonali.
Il-vittma kienet passiġġiera fuq tal-linja filwaqt li tal-linja kienet misjuqa minn Taljan ta’ 32 sena residenti Ħal Tarxien. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 46 li joqgħod ukoll f’Ħal Tarxien.
//= $special ?>