Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna mistennija li terġa tiġi f’pajjiżna biex tissokta bl-investigazzjonijiet tagħha anke fid-dawl ta’ dak li qed jiġi żvelat minn The Daphne Project.
Ħabbar dan il-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa wara laqgħa li saret dalgħodu ta’ dan il-kumitat. F’dan il-kumitat hemm rappreżentanti tal-partiti kollha fil-Parlament Ewropew.
Fiż-żjara tagħhom f’Malta, din id-delegazzjoni se tkun qed titlob biex tiltaqa’ mal-Parlament Malti, mal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli u mal-Kap tal-Ġudikatura l-ġdid Joseph Azzopardi. David Casa li dak li qed jiġri f’Malta qed ikompli jikxef f’liema qagħda tinsab id-demokrazija f’pajjiżna. Sostna li l-Parlament Ewropew se jkun qed ikompli jaġixxi biex jeqred il-korruzzjoni minn pajjiżna u jneħħi l-kriminali minn madwar il-Prim Ministru Joseph Muscat.
//= $special ?>