Wasal iż-żmien li f’pajjiżna, bħalma jsir f’pajjiżi oħra normali, tibda tintrefa’ r-responsabbiltà politika hekk kif għajnejn id-dinja tinsab fuqna. Jekk le pajjiżna kollu qed jirriskja ħafna.
Waqt intervista fil-programm Net Live, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hi ħasra li pajjiżna għandu grupp ta’ persuni li qed jagħmlu ħsara lil pajjiżna u din il-ħsara tibqa’ ssir minkejja li hemm affarijiet li jistgħu jsiru.
Hu kien qed jirreferi għall-aħħar aħbarijiet żvelati minn grupp ta’ ġurnalisti internazzjonali li kixfu kif Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu qed jimmiraw li jwettqu kummerċ mal-kumpanija 17Black.
Stejjer li jitfgħu akkużi ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni u li fihom wieħed isib ukoll rabta ma’ kumpaniji relatati ma’ proġetti nazzjonali. Staqsa għaliexil-Prim Minsitru jonqos milli jieħu azzjoni. Dan kollu waqt li l-Kummissarju tal-Pulizija jibqa’ ma jaġixxix.
Minflok, ir-reazzjoni tal-Gvern kienet li ma jħallix li jsir dibattitu fil-Parlament u jaljena lill-poplu bi kwistjonijiet oħra. Saħansitra semma’ kif hi gidba li l-poplu qed iħallas kontijiet irħas tal-enerġija, u hawn staqsa min qed igawdi minn dan il-prezz fid-dawl tal-allegazzjonijiet serji li qed joħorġu fil-midja internazzjonali.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fakkar li pajjiżna diġa’ għadda minn attakk wara l-ieħor minn pajjiżi oħra fuq is-servizzi tagħna, u appella biex il-gvern ma jħallix li din tkun il-kawża li mill-ġdid jattakkawna.
Qal li jekk dan iseħħ, hemm fir-riskju eluf ta’ postijiet tax-xogħol, riskju li jikber jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat jonqos milli jaġixxi fuq dawk l-eqreb tiegħu, fosthom Kornad Mizzi u Keith Schembri. Dan minbarra l-Ministru Chris Cardona, implikat mill-ġurnalisti internazzjonali u korroborat minn xhieda ta’ żewġ persuni li ltaqa’ ma’ min hu implikat fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
BŻONN LI TITNREFA’ RESPONSABBILTÀ POLITIKA