Fi tweet li tella’ d-deputat tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Pulizija biddlu fehmithom u infurmawh li ma hemmx bżonn ikellmuh.
Dan wara li fl-aħħar jiem Simon Busuttil kien informat biex illum fit-tlieta ta’ wara nofsinhar ikun l-Għassa tal-belt minħabba xi posters li tqassmu bl-użu tal-karozza personali tiegħu.
Fi tweet Simon Busuttil qal li l-Pulizija aħjar jużaw il-ħin tagħhom biex jinterrogaw lil Chris Cardona, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat dwar dak li qed jiġi żvelat mill-ġurnalisti li qed jaħdmu fid-Daphne Project.
//= $special ?>