“Inqabdu bi provi ċari li ħaslu l-flus bil-korruzzjoni. Bħala membru tal-Partit Laburista u uffiċjal tal-Gvern, inħossni imbarazzat”.
Hekk stqarr iċ-chairperson tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri f’kumment fuq Facebook b’reazzjoni għall-aħbar li ħarġet ilbieraħ dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri – fejn hemm provi ċari tal-flus li għaddew fil-kumpanija 17Black, u l-konnessjoni li din għadhom mal-istrutturi sigrieti li Mizzi u Schembri fetħu fil-Panama.
“Inħossni mbarazzat u hemm ħafna oħrajn bħali fil-Partit Laburista”, qal Camilleri f’kumment fil-media soċjali.
Camilleri jingħaqad ma’ kor sħiħ ta’ kundanna lejn il-Gvern ta’ Joseph Muscat; kundanna li ġejja ukoll minn ġurnalisti bħal Kurt Sansone u Chris Peregin.
//= $special ?>