Internazzjonali

Sforz ieħor fl-Italja biex jiffurmaw Gvern

Maria Elisabetta Alberti Casellati

Il-President Taljan Sergio Mattarella talab lill-President tas-Senat Taljan Maria Elisabetta Casellati, u alleat antik tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi, biex tara jekk tista’ tifforma maġġoranza fil-Parlament li minnha tjinħoloq Gvern.
Dan hekk kif għadda aktar minn xahar minn mindu saret l-elezzjoni ġenerali fl-italja u l-pajjiż għadu bla Gvern.
Bħala President tas-Senat, Casellati għandha t-tieni l-ogħla kariga fl-istituzzjonijiet Taljani u għalhekk l-għażla loġika wara żewġ rounds ta’ konsultazzjonijiet imexxija minn Mattarella li naqsu li jxolju l-sitaġnar politiku. Dan war al-elezzjoni inkonklussiva ta’ Marzu.
Elezzjoni li fiha l-partit tal-Moviment 5 Stelle (M5S) kiseb l-akbar ammont ta’ voti imma l-alleanza taċ-ċentru lemin l-akbar ammont ta’ siġġijiet. Il-mexxej tal-M5S, Luigi Di Maio, qed jirrifjuta li jkun parti minn Gvern li jinkludi lil Berlusconi. Il-Forza Italia hi parti signifikanti tal-alleanza taċ-ċentru lemin u li flimkien tikkontrolla 37n fil-mija tal-voti.