Ħafna huma dawk li jbagħtu fis-silenzu minħabba l-fastidju fuq il-post tax-xogħol.
Għall-75 anniversarju tal-General Workers Union, saret konferenza bit-tema Cyber and Other Forms of Harassment bl- għajta ta’ ugwaljanza bejn kulħadd u biex tiġi mqajma kuxjenza dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol.
F’riċerka li saret, din il-kwistjoni ġiet meqjusa bħala komuni ħafna, b’madwar 80% esperjenzaw jew raw xi tip ta’ fastidju jsir. Intqal li 4% biss kienu dawk li rraportaw mal-pulizija dwar il-fastidju li esperjenzaw.
Preżenti kien hemm is-Segretarja Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight fejn qalet li l-fastidju fuq ix-xogħol jinsab f’diversi forom, kemm dak fiżiku, verbali, sesswali, u fuq il-midja soċjali.
Roselyn Borg Knight qalet li l-midja soċjali għamlitha iktar faċli biex isir fastidju permezz tal-midja soċjali. Dan hekk kif il-persuna tkun qed tinħeba wara l-kompjuter personali.
Ġie rikonoxxut wkoll il-fatt li kemm ’il darba ġew ippublikati ritratti u filmati mingħajr il-permess ta’ dawk l-individwi involuti. Waqt din il-konferenza ħareġ li 90% tal-ħaddiema m’għandhomx taħriġ ta’ x’għandu jsir f’każ ta’ fastidju fuq il-post tax-xogħol.
//= $special ?>