Futbol Sport

UFFIĊJALI: Arsene Wenger se jħalli lil Arsenal fi tmiem l-istaġun

Il-manager ta’ Arsenal Arsene Wenger ħabbar bi stqarrija fis-sit uffiċjali tal-klabb li se jkun qed itemm l-esperjenza twila tiegħu ma’ Arsenal fi tmiem l-istaġun. Hu qal li ħass li hu l-aħjar żmien li jispiċċa mit-tmexxija teknika tat-tim.

Wenger kompla jgħid li hu kuntent li kellu l-privileġġ li jservi l-klabb għal tant snin u saħaq li mexxa lit-tim b’impenn sħiħ u b’integrità. Hu rringrazzja lil kulħadd u ħeġġeġ lill-partitarji biex jingħaqdu wara t-tim biex itemmu l-istaġun bl-aħjar mod possibbli.

F’dan l-istaġun, Arsenal jidher li se jispiċċaw il-Premier League fis-sitt post, iżda għad għandhom ċans li jiksbu unur minħabba li jinsabu fis-semifinali tal-Europa League. Fl-aħħar snin, kien hemm kritika mill-partitarji biex jitneħħa l-manager Franċiż ta’ 68 sena u kien ir-rebħ tal-FA Cup tliet darbiet fl-aħħar erba’ staġuni li salaw postu. Fil-preżent, Wenger hu l-aktar manager li ilu fit-tmexxija ta’ tim tal-Premier League.

Wenger kien ingħaqad ma’ Arsenal fil-bidu ta’ Ottubru lura fl-1996. Mal-Gunners hu rebaħ tliet darbiet il-Premier League, seba’ darbiet l-FA Cup u seba’ darbiet il-Community Shield. L-aħħar kampjonat li rebaħ kien fl-istaġun 2003/2004 meta f’dak l-istaġun kienu rebħu l-kampjonat bla telfa. Wenger kien mexxa lil Arsenal biex jaslu sal-finali taċ-Champions League.