Lokali

CARDONA JAMMETTI: Ma jeskludix il-possibilità li seta’ kien hemm xi wieħed mis-suspettati fl-istess ħin

Chris Cardona (Arkivji)
Il-Ministru tal-Ekonomija mar d-Depot kmieni dalgħodu

Wara r-rapporti investigattivi li dehru fuq il-mezzi tax-xandir fil-konfront tal-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, il-Ministru innifsu illum ikkonferma li mar d-Depot tal-Pulizija biex jagħti statement lill-Ispettur Keith Arnaud.

Il-Ministru kien kostrett jibgħat stqarrija lill-media wara l-mewġa ta’ kritika li qed jirċievi l-Partit Laburista mill-partitarji tiegħu stess minnu mindu faqqgħu dawk imsejjħa ‘Forbidden Stories’.

Chris Cardona ammetta li hu ġieli kien fil-bar tas-Siġġiewi s-Sibt jew il-Ħadd, meta jkun hemm il-partiti tal-football li jintwerew fuq it-televiżjoni.

Iżda agħar minn hekk, “ma jeskludix il-possibilità li seta’ kien hemm xi wieħed mis-suspettati fl-istess ħin, bl-istess mod kif ma jeskludix li kien hemm diversi persuni oħrajn”.

Il-grupp ta’ ġurnalisti internazzjonali, partikolarment dwak Franċiżi ta’ France2 u Radio France, qed jibqgħu jinsistu li għandhom żewġ sorsi li raw lil Chris Cardona f’dan il-bar ma wieħed mill-akkużati, fil-jiem ta’ qabel l-arrest. Jiġifieri, wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.