Lokali Saħħa

Deborah Schembri u George Vella kontra l-emendi tal-Gvern

"L-emendi tal-Gvern għandhom jitpoġġew fuq l-ixkaffa"

Tkompli tikber il-qasam fil-Partit Laburista fuq l-emendi li fassal Joseph Muscat għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Issa, apparti l-eks Deputy Leader George Vella, anke l-kandidata laburista Deborah Schembri ħarġet qatta’ bla ħabel kontra l-pjan tal-Gvern li jdaħħal l-iffriżar tal-embrijuni u s-surrogacy f’pajjiżna.

F’artiklu fil-Malta Independent, Deborah Schembri tgħid illi hi ilha żmien twil li avżatu lill-Prim Ministru. “Kont għidt lil Muscat li jien kontra s-surrogacy u l-iffriżar tal-embrijuni”. Schembri hi ukoll ċara fl-oppożizzjoni tagħha għall-addozzjoni tal-embrijuni.

Minn naħa tiegħu, George Vella għamel appell imqanqal lill-Gvern permezz ta’ kitba fit-Times, fejn insista li dawn l-emedni għandhom jitpoġġew fuq l-ixkaffa u ssir konsultazzjoni serja. L-eks Deputy Leader Laburista qal li fil-pajjiż għandna bżonn dibattitu onest u infurmat, u titħejja ukoll White Paper li tiffoka fuq l-interess tas-soċjeta’.