Internazzjonali

Id-DJ mondjali Avicii jinstab mejjet

Id-DJ ċelebri Żvediż DJ Avicii instab mejjet fil-Belt ta’ Muscat, fl-Oman.

Dan ħabbru fuq il-midja soċjali r-rappreżentant tiegħu hekk kif spjega li l-familja tad-DJ tinsab taħt xokk kbir u li fis-sigħat li ġejjin ser jingħataw aktar dettalji dwar il-mewt tiegħu.

Tim Bergling, isem proprja tad-DJ tant maħbub minn bosta, kellu biss 28 sena.

Filwaqt li fost ir-repertorju tiegħu kellu ‘Hey Brother’ u ‘Wake me Up’, lura fl-2012 kien ġie wkoll f’Malta.

Sentejn ilu, Bergling kien irtira mix-xena mużikali fl-eta ta’ 26 sena wara problemi ta’ saħħa – madanakollu kien reġà rritorna bl-EP ‘Listen’ f’Awwissu tal-2017.

Diversi fans kif ukoll ikoni fix-xena mużikali ġeddew il-memorja ta’ Avicii fosthom Calvin Harris, Deadmau5 u l-kantanta Dua Lipa.