Il-Gvern qed ikompli jkaxkar saqajh mas-servizzi privati ta’ Childcare.
Dan hekk kif il-kuntratt ilu li għalaq minn Diċembru 2016 u għalkemm saru diversi laqgħat, l-ebda azzjoni ma ttieħdet biex jiġġedded il-kuntratt. Filwaqt li żdiedu l-ispejjeż u l-pagi tal-ħaddiema, xejn ma sar mill-Gvern u awtoritajiet konċernati.
Il-GRTU kontinwament qed tipprova tinnegozja kuntratt ieħor. Huma qed jappellaw għal servizz essenzjali u validu għat-tfal. Huma sostnew li saru diversi studji indipendenti u ppreżentaw il-provi mitluba li l-ispejjez zdiedu iżda xorta waħda ma sar xejn minn naħa tal-awtoritajiet.
Fl-aħħar ġie mħabbar li qed jirreġistraw tilwiema filwaqt li ’l quddiem, jekk jibqa’ ma jsir xejn, ser jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji.
//= $special ?>