Knisja Lokali Saħħa

“Il-politiċi jridu jiddeċiedu favur il-ħajja u d-dinjità tal-bniedem”

Fid-dawl tad-diskussjoni dwar il-bdil tal-liġi li tħares il-ħajja umana mill-bidu nett tagħha (l-Embryo Protection Act) l-Azzjoni Kattolika Maltija qed tħeġġeġ biex in-nies jingħaqdu flimkien fil-mixja favur il-ħajja ta’ nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt.

Din tibda minn ħdejn Kastilja fl-4pm qed tiġi koordinata mil-LifeNetwork Foundation Malta.

L-Azzjoni Kattolika fakkret li f’dan il-każ, politiċi jistgħu jkunu taħt pressjoni minn gruppi differenti ta’ nies li l-għan tagħhom mhux dejjem ikun il-ġid komuni tas-soċjetà tagħna.

“Għaldaqstant importanti li ngħinuhom fid-deċiżjonijiet tagħhom billi nġibuhom konxji ta’ dak li nemmnu fih. Id-dritt għall-ħajja hu ogħla minn kull dritt ieħor u kull persuna li temmen f’dan il-valur hi msejħa biex titkellem meta l-ħajja tal-persuni vulnerabbli tiġi mhedda b’xi mod jew ieħor”.