Filmat ġdid żvela x-xhieda ta’ raġel li kkonferma kif il-Ministru Chris Cardona ltaqa’ ma’ wieħed mill-persuni akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, f’bar fis-Siġġiewi, lejlet l-arrest ta’ tliet persuni fil-Marsa.
Is-servizz inħadem minn Ġurnalisti ta’ France 2 u Radio France, li x-xahar li għadda marru fil-bar fis-Siġġiewi u tkellmu ma’ wieħed mill-klijenti regolari. Dan ikkonferma li l-Ministru u Deputat Mexxej Laburista jkun qed jixrob magħhom hemm fi tmiem il-ġimgħa.
Xhud ieħor, li ma deherx fil-filmat, allegatament ta aktar dettalji, fosthom li f’Novembru li għadda ra lill-akkużat Alfred Degiorgio u lil Chris Cardona jitkellmu fil-bar qabel ma ħarġu mill-post flimkien, xi ħin bejn l-4.30pm u s-6.30pm.
Din ix-xhieda tistona mat-tweġibiet li d-Deputat Mexxej Laburista ta lill-Ġurnalisti lbieraħ, fejn wieġeb li qatt ma kien f’dan il-bar fis-Siġġiewi fl-istess waqt li kien hemm xi wieħed mill-akkużati. U dan minkejja li x-xhud fil-filmat imxandar dalgħodu iddeskriva lill-akkużat bħala “ħabib” ta’ Chris Cardona.
//= $special ?>