Lokali

“Irresponsabbli, attakk orkestrat”

Evarist Bartolo joħroġ qatta' bla ħabel kontra l-ġurnalisti tal-Forbidden Stories, u jiddefendi lil sħabu tal-Kabinett

Waqt li ġurnalisti minn madwar id-dinja kollha qed joħorġu stejjer u investigazzjonijiet dwar il-manuvri tal-Gvern ta’ Muscat, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo dalgħodu għażel li jdawwar il-kanuni għal fuq il-ġurnalisti tad-Daphne Project u sejjħilhom irresponsabbli.

Evarist Bartolo spiċċa imdawwar bil-ġurnalisti dalgħodu li provaw jieħdu l-ewwel reazzjoni tiegħu dwar Daphne Project u l-investigazzjonijiet li huma parti mill-Forbidden Stories.

Il-Ministru minn naħa tiegħu irrefera għall-akkużi li qed isiru lejn il-Gvern ta’ Muscat bħala “attakki orkestrati” u atti irresponsabbli.

Saħaq illi hemm min għandu intenzjoni li jagħmel minn kollox biex jattakka lill-Partit Laburista.