Knisja Lokali

L-Isqfijiet se jieħdu sehem fil-Manifestazzjoni favur il-Ħajja

In-nies imsejjħa l-Belt nhar il-Ħadd li ġej

L-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech se jieħdu sehem fil-Manifestazzjoni favur il-Ħajja li ser issir il-Ħadd li ġej, minn quddiem Kastilja sal-Parlament.

Il-manifestazzjoni tibda fl-4pm u tintemm għall-ħabta tal-5.30pm.

L-organizzaturi qed jużaw l-islogan ‘Embrijun Wieħed Minna’ sabiex iwasslu l-messaġġ li l-ħajja tibda sa mill-konċepiment.

Il-ħsieb wara din il-manifestazzjoni issawwar meta l-Gvern ressaq l-emendi għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni – emendi li ġibdu kritika qawwija minn diversi tobba, ġinekologi u professjonisti mediċi.