Lokali

NET NEWS iżid l-udjenzi

L-awtorità tax-Xandir ippublikat l-istħarriġ tagħha dwar kemm il-Maltin isegwu it-televiżjoni u r-radju lokali. Meta mqabbel ma l-aħħar stħarriġ tal-Awtorita tax-Xandir NET TV żamm il-pożizzjoni tiegħu bhala it-tielet l-iżjed stazzjon segwit fost l-istazzjonijiet lokali, b’TVM l-iżjed segwit.

B’kollox fil-gżejjer Maltin huma 264,000 persuna li jsegwu t-televiżjoni. B’kollox dawk li jsegwu t-televiżjoni jdumu medja ta’ ftit inqas minn sagħtejn kuljum.  Fost l-iżjed programmi segwiti fuq NET TV hemm NET NEWS, Santa Monika, NET Live, u Replay. Net News saħansitra żied l-udjenzi fuq x-xhur l-imgħoddija.

Skont dan l-istħarriġ NET TV huwa l-iżjed stazzjon segwit nhar ta Ħamis meta jaqbeż kemm lil TVM kif ukoll lil ONE TV.

F’dak li hu xandir tar-radju Bay Radio baqa l-iżjed stazzjon segwit.

Mitlub jikkummenta ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications Pierre Portelli qal li dan l-istħarriġ jikkonferma l-analiżi interna li qed tagħmel il-kumpanija. Hu sostna li jinsab sodisfatt li l-bidliet li se jseħħu fix-xhur li ġejjin huma fid-direzzjoni t-tajba skont dak li jixtiequ jaraw u jisimgħu n-nies kif joħroġ mill-istħarriġ tal-Awtorita tax-Xandir.