Ħidma ta’ ġimgħat u xhur minn studenti u dilettanti ta’ robots.
Għal tmiem din il-ġimgħa, numru kbir ta’ dilettanti bejn it-8 u s-16-il sena qed jippreżentaw ir-robots li għamlu kollha bl-idejn f’kompetizzjonijiet, workshops, u preżentazzjonijiet ġewwa l-MFCC f’Ta Qali.
L-uffiċjal Edukattiv għall-ICT fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, James Catania iħeġġeġ lin-nies biex jattendu u jaraw it-talent ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ.
Skejjel tal-primarja ingħataw l-isfida li jagħmlu proġett sabiex jgħinu lil gżejjer Maltin permezz tar-robots. Waħda mill-istudenti, Nina Custo flimkien ma’ sħabha ħarġu bl-idea li jagħmlu mina bħala aquarium filwaqt li jkun hemm karozzi eletroniċi li jaqsmu din l-istess mina.
Fil-workshops hemm saħansitra robots ta’ films popolari fosthom Wall-E u Star Wars.
L-attivitajiet se jibdew mill-Ġimgħa 20 u jiġu fi tmiemhom il-Ħadd 22 ta’ April, bl-entratura b’xejn.
//= $special ?>