L-esperti tal-armi kimiċi internazzjonali fl-aħħar ħinijiet kienu qed jispezzjonaw is-sit f’Douma, qrib il-kapitali Sirjana Damasku, fejn jiem ilu seħħ is-suspettat attakk b’materjal ipprojbit fuq in-nies taz-zona.
L-iskwadra mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi vvjaġġat lejn Douma wara jiem wieqfa fis-Sirja.L-ispetturi setgħu jiġbru l-kampjuni u elementi oħrajn biex jgħinu l-istħarriġ tagħhom.
Ġimgħa ilu, il-qawwiet tal-Istati tal-Punent kienu bumbardjaw diversi siti tal-Gvern Sirjan b’ritaljazzjoni għas-suspettat attakk bil-gass velenuż mill-qawwiet Sirjani fuq in-nies ta’ Douma li hi eksfortizza tar-ribelli. L-attakk li qanqal il-kundanna internazzjonali seħħ fis-7 ta’ April li għadda.
Intant, is-Sirja u r-Russja, li fil-preżent qed jikkontrollaw l-inħawi ta’ Douma, qegħdin jiċħdu li, dakinar, intużaw l-armi kimiċi fuq ċivili Sirjani.
//= $special ?>

