Rapporti fil-midja Ingliża qed isostnu li l-manager ta’ Arsenal Arsene Wenger ħabbar li mhux se jibqa’ jmexxi lill-Gunners għax tkeċċa u mhux għax ħalla l-kariga minn jheddu.
Nhar il-Ġimgħa li għadda
Wenger ħabbar, permezz ta’ stqarrija fis-sit uffiċjali tal-klabb, li se jkun qed itemm l-esperjenza twila tiegħu ma’ Arsenal fi tmiem l-istaġun. Hu qal li ħass li hu l-aħjar żmien biex jagħmel dan il-pass.
Iżda rapporti fil-midja qed jgħidu li Wenger tkeċċa u Arsenal tawh is-somma ta’ disa’ miljun ewro biex dan ma jibqax imexxi lit-tim sa tmiem l-istaġun li ġej, id-data li kien se jintemmlu l-kuntratt minn ma’ Arsenal.
L-istess rapporti qed jgħidu li minn naħa tiegħu Wenger minn dejjem ried li jibqa’ jmexxi lit-tim imma s-sid tal-klabb Stan Kroenke ried ikun ċert li sa qabel tintlagħab is-semifinali tal-Europa League nhar il-Ħamis li ġej kontra Atletico Madrid, il-futur ta’ Wenger ikun diġa’ magħruf.
F’dan l-istaġun, Arsenal jidher li se jispiċċaw il-Premier League fis-sitt post, iżda għad għandhom ċans li jiksbu unur minħabba li jinsabu fis-semifinali tal-Europa League.
Fl-aħħar snin, kien hemm kritika mill-partitarji biex jitneħħa l-manager Franċiż ta’ 68 sena u kien ir-rebħ tal-FA Cup tliet darbiet fl-aħħar erba’ staġuni li salaw postu. Fil-preżent, Wenger hu l-aktar manager li ilu fit-tmexxija ta’ tim tal-Premiership League. Wenger kien ingħaqad ma’ Arsenal fil-bidu ta’ Ottubru lura fl-1996.
Mal-Gunners hu rebaħ tliet darbiet il-Premier League, seba’ darbiet l-FA Cup u seba’ darbiet il-Community Shield. L-aħħar kampjonat li rebaħ kien fl-istaġun 2003/2004 meta f’dak l-istaġun kienu rebħu l-kampjonat bla telfa. Wenger kien mexxa lil Arsenal biex jaslu sal-finali taċ-Champions League.
//= $special ?>