“Mhux se nagħlqu ħalqna. Mhux se nieqfu nsegwu lil Malta sakemm ma jinstabx min ordna l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.”
Wiegħed dan il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, f’intervista lil La Repubblica, ġurnal li jirrappreżenta lill-Italja f’The Daphne Project, il-konsorzju internazzjonali ta’ ġurnalisti li qed ikomplu xogħol Daphne Caruana Galizia.
“Se nkomplu bil-pressjoni tagħna,” iddikjara Tajani li kompla li dan se jsir ukoll “b’ġesti simboliċi bħat-twaħħil ta’ ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia fis-sala stampa ddedikata għaliha fi Strasburgu nhar it-23 t’Ottubru.”
Ikkritika wkoll lill-Gvern Malti hekk kif qal li mhux aċċettabbli li f’pajjiżna tiġi limitata l-libertà tal-midja b’Tajani jgħid li l-Parlament Ewropew għandu għajnejh iffukati fuq Malta.
Kritika wkoll għall-bejgħ tal-passaporti minn pajjiżna, li qal li qed isir mingħajr verifiċi serji biex ikun żgurat li jkunu rispettati r-rekwiżiti tal-liġi.
//= $special ?>

