Lokali Sport

“Il-bibien tal-PN huma miftuħin beraħ għal min irid jikxef il-korruzzjoni fl-isport”

F'konferenza kontra l-korruzzjoni fl-isport, Adrian Delia jappella li l-PN se jkun tarka għal min irid jitkellem

“L-isport fl-oriġini tiegħu kien imwaqqaf bħala tħejjija għal ħajja, għalhekk, jekk l-isport ikun korrot mela anke s-soċjeta’ tkun korrotta”, kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia waqt konferenza organizzata mill-fergħa tal-Partit Nazzjonalista Tim Sport PN, u li għaliha l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs kollha kienu mistiedna jagħtu l-kontribut tagħhom.

Kif tenna fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li matul is-snin kollha li fihom hu kien personalment involut fil-futbol qabel daħal għall-politika, kuljum ħadem kontra l-korruzjoni fl-isport biex it-tfal tiegħu jkunu jistgħu jilgħabu fi sport nadif. Iżda tenna li l-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni ma tieqafx hawn, hekk kif issa se jkompli din il-ġlieda.

“Il-korruzzjoni fl-isport hi l-pjaga u l-kankru li jifni l-isport tal-futbol f’pajjiżna. Ikun ta’ għajb għall-isport jekk ma nibdewx nirrikonoxxu l-korruzzjoni fl-isport f’pajjiżna”, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia

Adrian Delia rringrazzja lill-voluntiera kollha fl-isport li jagħtu ħajjithom u l-passjoni tagħhom, fejn ma jissemmew qatt.

Żied li rridu nbiddlu l-kultura tax-xejn mhu xejn li tapplika mhux biss fl-isport, iżda fil-pajjiż kollu. Il-mentalita’ li min jikxef hu ġakbin u traditur, minflok hu l-eroj trid tispiċċa tenna Adrian Delia. Stqarr li rridu nagħmlu aktar biex nbiddlu din il-mentalita’ li qed tintuża bħala għodda għall-kriminalita’ organizzata.

“Aħna nistgħu nkunu t-tarka ta’ min jitkellem kontra l-korruzzjoni”, fejn Adrian Delia tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fejn żgħażagħ eroja ta’19-il sena li minkejja li kienu jafu li se jitkeċċew u jitilfu posthom man-nazzjonal, imxew ‘il quddiem u tkellmu. Adrian Delia tenna li rridu nitkellmu dwar dawk l-isportivi li tkellmu kontra l-korruzzjoni u li rnexxielu jasal, fejn anke hawn timijiet li anke fl-għażla tagħhom tal-plejers jmorru għall-plejers nodfa u li ħadd qatt ma avviċinhom għaliex jafu li għandhom kredibilita’.

Irridu naddottaw il-prinċipju ta’ tolleranza zero għall-korruzzjoni fl-isport, stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Kien hawnhekk li sar appell biex fuq din il-materja ma jkunx hemm partiġġjaniżmu, u li ż-żewġ partit jingħaqdu kontra l-korruzzjoni fl-isport.

Sar appell ukoll lill-Pulizija, dan sabiex ma taddottax il-mentalita’ li jekk il-pajjiż ma jagħtix importanza lill-korruzzjoni fl-isport, allura l-Pulizija ma jagħtux importanza huma wkoll. Żied li rrid nfehmu lit-tfal tagħna rridu nfehmuhom l-iskop tal-isport, u kif dan jifforma l-karattru u l-ħajja.

L-assoċjazzjonijiet u t-timijiet sportivi kienu kollha mistiedna

Adrian Delia qal li mir-riżorsi limitati tal-Partit Nazzjonalista, għamlu li setgħu biex jerġgħu jtellgħu l-isport fuq l-aġenda nazzjonali u jagħmlu prijorita’.

Fl-aħħar tad-diskors, stqarr li rridu nieqfu nħarsu lejn ħaddieħor u naraw dak li rridu għal Malta. “Kull min qiegħed fl-arena politika għandu l-obbligu li jgħin. Il-bibien tal-Partit Nazzjonalista huma miftuħin beraħ għal min irid jitkellem kontra l-korruzzjoni fl-isport, u se nkunu t-tarka ta’ min jiġġieled il-korruzzjoni fl-isport ukoll. Jekk tibiżgħu titkellmu , ejjew għandna u nitkellmu aħna għaikom. Il-korruzzjoni hija kankru, pero dan il-kankru nistgħu negħlbuh”, temm jgħid Adrian Delia.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia flimkien mal-Kelliem għall-Isport Ryan Callus

Qabel tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, indirizza lill-folla preżenti l-Kelliem għall-Isport Ryan Callus. Ma’ Net News, id-deputat Nazzjonalista spjega l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-isport.

Matul il-ġurnata tas-Sibt, saru diversi workshops fosthom dwar l-edukazzjoni fl-isport, id-dinja tal-logħob tal-azzard, u anke dwar modi kif nistgħu negħlbu l-korruzzjoni fil-isport – b’kelliema esperti fis-setturi fosthom Alfredo Lorenzo Direttur fil-kampjonat Spanjol tal-futbol La Liga, u numru ta’ edukaturi Maltin fl-isport.

Ritratti: Joseph Galea

Id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista ġie mxandar live fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ NET News:

Aqra aktar dwar din l-konferenza:

“Irridu noħolqu unit speċjali fil-Pulizija li jiġġieled il-korruzzjoni fl-isport”