Futbol Sport

KAMPJONAT BOV PREMIER: Festa ta’ gowls iżda Floriana barra mill-Ewropa

Keane Cutajar

LIJA A…………………………………………………..2
FLORIANA…………………………………………….6

L-ewwel azzjoni ta’ Lija waslet żewġ minuti wara, meta ġirja tajba ta’ Kei Hirose waslet għall-kross lejn Hysa Valifor li iżda xxutja barra.

Man-nofs sija logħob il-Greens marru minn fuq permezz ta’ Sebastian NAYAR li ltaqa’ ma’ freekick ta’ Cabral u wara li kien mejjun mil-lasta ra l-ballun jispiċċa wara Martinelli.

Fit-42 minuta Martinelli ħareġ ħażin fuq Cabral u waqqgħu fil-kaxxa bir-referi Philip Farrugia jissenjala penalty. Mill-ħdax-il metru l-istess CABRAL ma żbaljax.

Emerson MARCELINA għamel l-iskor 3-0 fil-55 minuta wara li laħaq il-kross qabel kulħadd mill-korner mogħti mix-xellug biex ħalla lil Martinelli jħares lejn il-ballun fix-xibka.

CABRAL għaqqad id-dopjetta personali u r-raba gowl tal-greens fid-69 minuta meta Martinelli salva mingħajr ma żammx auto gowl bil-ballun jaqa’ f’saqajn Cabral li ma kellu xejn x’jagħmel ħlif li jitfa’ ġewwa.

Hekk kif kien fadal kwarta logħob, Cabral daħal tajjeb mix-xellug u għadda lejn FONTANELLA li ġie waħdu quddiem lasta vojta biex xeħet ġewwa l-ħames gowl ta’ Floriana.

Fit-82 minuta, Lija tellgħu attakk rari u minn mal-limiti tal-kaxxa ż-żgħira Erjon BEU spara wara Ini Akpan biex għamel l-iskor 5-1.

L-istess BEU skorja t-tieni personali meta daħal tajjeb fil-kaxxa qabel xeħet fis-saqaf tax-xibka.

Sekondi wara, FONTANELLA għalaq il-partita bis-sitt gowl ta’ Floriana wara passaġġ perfett ta’ Cabral li żmarkah fil-kaxxa ta’ Lija.