Matul il-ġurnata tas-Sibt, il-fergħa tal-Partit Nazzjonalista Tim Sport PN organizzat konferenza bil-għan li f’Mata ngħelbu l-korruzzjoni fl-isport. L-attivita’ kienet tinkorpora diversi workshops u diskussjonijiet minn numru ta’ esperti u edukaturi fl-isport. Fost id-diversi temi indirizzati nsibu l-edukazzjoni bħala prevenzjoni għall-korruzzjoni, id-dinja tal-logħob tal-azzard, modi kif nistgħu nipprevjenu l-korruzzjoni mill-futbol, u anke l-korruzzjoni fl-isport minn aspett ġurnalistiku.
Fost id-diversi mistiedna nsibu Direttur tal-kampjonat Spanjol La Liga Alfredo Lorenzo, Pablo Salazar u Mendia f’isem il-Europol, u l-Membru Parlamentari Ewropew Bogdan Brunon Wenta li ġew f’pajjiżna biex jipparteċipaw f’din il-konferenza. Dan filwaqt id-diversi edukaturi u esperti Maltin bħal letturi Dr Karl Attard, Dr Andrew Decelis Director, il-psikologu Dr Adele Muscat u membru tal-Kumitat Olimpiku Malti David Azzopardi.
Mad-diversi proposti tal-kelliema, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Ryan Callus, fejn tenna li l-korruzzjoni fl-isport mhijiex biss kwistjoni nazzjonali, u għalhekk irridu nimxu fuq il-passi ta’ pajjiżi oħra biex insaħħu l-qafas legali. Ryan Callus għamel appell dirett lill-Kummissarju tal-Pulizija biex Malta tingħaqad mal-proġett tal-Europol biex tiġġieled u tikkoordina aħjar l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isports. Ryan Callus stqarr: “F’pajjiżna, il-futbol huwa suxxettibbli aktar għall-korruzzjoni minn dixxiplini oħra tal-isport, mingħajr ma ngħid li fid-dixxiplini oħra hemm kollox ward u żahar”.
Ryan Callus għamel appell lill-atleti biex jifhmu x’konsegwenzi hemm jkun tikkorrompi ruħek fl-isport. Semma’ kif bħala ċittadin Malti ma jistax jifhem kif tkun plejer tan-nazzjonal, u ftit mumenti wara li tkanta l-innu Malti tispiċċa tinxtara kontra pajjiżek. Semma’ episodju kif plejer li kien kixef il-korruzzjoni u tkellem dwar sħabu, ħassu ħażin jirrapporta lil dawn il-persuni qrib tiegħu. Spiċċa f’sitwazzjoni fejn kellu jbiddel it-tim. Żied li l-injoranza hi r-raġuni għall-korruzzjoni, għaliex wieħed ma jifhimx it-toqol u l-konsegwenzi tal-korruzzjoni. Hu għalhekk li ġiet organizzata din il-konferenza biex jiżdied l-għarfien.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport irringrazzja lill-Malta Football Association sabiex twaqqaf task force kontra l-korruzzjoni. Irringrazzja lil Frans Tabone u anke lit-tmexxija preżenti tal-MFA hekk kif mhux faċli taħdem fuq dan il-proġett.
Ryan Callus żied li din il-liġi kontra l-korruzzjoni fl-isport se tkun qed tmexxi lill-pajjiżna pass ‘l quddiem. Hekk kif waħda mill-proposti hi dik li tinħoloq Sports Prevention Corruption Unit fil-Pulizija. Stqarr li l-assoċjazzjonijiet sportivi f’għandhomx biex jaħgmu, u fl-istess ħin ma nistawx nippretendu li l-awtoritajiet, b’mod speċjali l-Pulizija, juru snienhom. Din il-liġi se toħloq unit li jkun iffukat fuq il-korruzzjoni fid-dixxiplini kollha.
Stqarr li l-korruzzjoni fost iż-żgħażagħ ma tistax tiġi aċċettata, għaliex hi r-riċetta li jkollna stat fallut għada. Ryan Callus irringrazzja lil Tim Sport Partit Nazzjonalsista talli organizzaw din il-konferenza.
Ritratti: Joseph Galea
Aqra aktar aħbarijiet relatati:
//= $special ?>“Il-bibien tal-PN huma miftuħin beraħ għal min irid jikxef il-korruzzjoni fl-isport”