Fl-isptar Karin Grech, hekk kif l-entratura prinċipali tinsab magħluqa għal rinnovazzjoni, il-pazjenti qed jiddaħħlu minn entratura sekondarja – dan filwaqt li għaddej xogħol ukoll ta’ tikħil eżatt fuq din l-entratura li minnha temporanjament deħlin il-pazjenti.
Filfatt nies li kienu qegħdin jużaw is-servizzi tal-isptar bagħtulna dawn ir-ritratti li juru din is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurta’, fejn eżatt fuq il-gallarija hemm ħaddiem ikaħħal waqt li anzjan inzerta kien dieħel sabiex juża s-servizzi tal-isptar. Ukoll fir-ritratt jidher sellum fil-gallarija, filwaqt li hemm nuqqas kbir ta’ regolamenti ta’ sigurta’ u sanita’ waqt ix-xogħol.
Ukoll, bagħtulna ritratt dwar il-mod kif ingħalqet l-entratura prinċipali tal-isptar Karin Grech. Fir-ritratt jidher li tpoġġa bank tas-siġġijiet jimblokka l-entratura.
//= $special ?>