L-eks deputat Laburista Deborah Schembri dalgħodu appellat lill-Gvern biex jisma’ l-ilmenti tan-nies dwar il-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni, u jevita li jkollna problemi etiċi aktar ‘il quddiem.
Il-kandidata tal-Partit Laburista kienet qed tiġi intervistata fuq radju RTK.
Filwaqt li qalet illi s-surrogacy altruwistika ġġib problemi kbar, spjegat ukoll li hi temmen bi sħiħ illi “it-tfal mhux oġġetti”.
Deborah Schembri hi avukat li kienet iffukat id-Dottorat tagħha propju fuq surrogacy.
//= $special ?>