Ikompli ix-xogħol, fl-Imrieħel fuq numru ta’ siġar li ġew immarkati bħala perikolużi.
Is-siġar li qed jinżabru jinsabu fi Triq l-Imdina wara li ftit inqas minn xahrejn ilu ġew immarkati bħala siġar li jeħtieġ jinżabru jew inkella jinqalgħu.
L-istudju dwar is-siġar f’din it-triq sar mit-taqsima MELP fi ħdan il-Ministeru tal-Ambjent. Il-‘Malta Embellishments & Landscaping Project Monitoring Unit’ (MELP) kienet identifikat numru ta’ siġar li dwarhom kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni.
L-istudju kien sar wara li fl-istess triq kienet waqgħet siġra fuq vann li kien qed jinstaq, bil-konsegwenza li fl-10 ta’ Frar li għadda kien tilef ħajtu Dan Udrea, raġel ta’ 38 sena mir-Rumanija.
//= $special ?>