Internazzjonali

Verne Troyer, il-‘Mini-Me’ fis-Saga ta’ Austin Powers, imut fl-età ta’ 49 sena

Verne Troyer, l-attur li interpreta l-parti ta’ ‘Mini-Me’ f’żewġ films ta’ Austin Powers, tilef ħajtu fl-età ta’ 49 sena. Dan tħabbar fuq il-midja soċjali tal-attur madanakollu l-kawża tal-mewt tiegħu s’issa mhux magħrufa.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li fil-bidu ta’April huwa ttieħed b’urġenza ġewwa sptar f’Los Angeles wara li ħassu ma jifħalx fir-residenza tiegħu.

Bosta persuni ddeskrivew lil Verne bħala indiviwdu li dejjem kont tarah bi tbissima fuq wiċċu u dedikat lejn xogħolu l-kollegi.