Futbol Sport

Gudja United Champions tat-Tieni Diviżjoni

Il-plejers ta' Gudja jiċċelebraw wara li rebħu l-kampjonat (Ritratt: BOV)

Gudja United huma ċ-Champions tat-Tieni Diviżjoni wara li għelbu lil Santa Lucia 3-1 f’decider. Iż-żewġ timijiet kienu promossi iżda spiċċaw il-kampjonat b’45 punt.

Ronnie Celeste poġġa lil Gudja United minn fuq fil-21 minuta, iżda Keith Tanti ġab id-draw għaxar minuti wara. Anthony Ewurum reġa’ poġġa lil Gudja għal darba oħra minn fuq fis-37 minuta, b’Ronnie Celeste jagħlaq il-logħba għaxar minuti mit-tmiem.