Żagħżugħ ta’ 20 sena ħelisha ħafif meta nqaleb bil-karozza li kien qed isuq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.10 ta’ filgħodu meta għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-vettura.
Dan wassal biex il-vettura nqalbet fi Triq it-Tiġrija, Marsa.
Fortunatament, is-sewwieq, li hu residenti iż-Żejtun, sofra biss ġrieħi ħfief.
//= $special ?>