Lokali

Jinqabad b’żewġ kilogrammi kokaina u kilo u nofs kannabis meta wasal minn Sqallija

Ritratt mill-Arkivji

Raġel ta’ 41 sena residenti r-Rabat, Malta kien arrestat b’ammont ta’ droga kokaina u kannabis fil-pussess tiegħu.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li r-raġel twaqqaf huwa u nieżel bil-vettura tiegħu minn fuq il-katamaran, li kien għadu kif wasal minn Sqallija. Fi tfittxija li saret fil-vettura nstabu żewġ kilogrammi trab abjad suspettat kokaina, kilo sustanza suspettata kannabis kif ukoll nofs kilo sustanza x’aktarx raża tal-kannabis.

Id-droga instabet mill-iSkwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija moħbija ġo qiegħ falz mwaħħal mac-chassis tal-istess vettura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata dwar din is-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Il-raġel mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti għada