Lokali

L-artisti lokali bi kritika qawwija fil-konfront ta’ Jason Micallef

"Micallef għandu jiddefendi lill-artisti u mhux jiddistingwihom skont il-kulur politiku tagħhom"

Grupp ta’ artisti lokali prominenti preżentament qed ixerdu ittra ta’ petizzjoni indirizzata lill-Prim Ministru Joseph Muscat fejn qed jitolbuh biex ineħħi b’effett immedjat lil Jason Micallef minn Chairman tal-Valletta 2018.

Rapport mill-ġurnal The Malta Independent on Sunday żvela li l-ittra, li hija indirizzata wkoll lil Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, tisħaq li l-artisti lokali huma ferm inkwetati u mbarazzati bl-attitudni u l-kummenti ta’ Micallef dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia – kif ukoll il-kummenti deskritti bħala dipreġġjattivi fil-konfront tal-artisti li jesprimu kritika fir-rigward tal-V18 jew il-Gvern.

Għaldaqstant l-artisti qed jinsistu li Micallef għandu jitneħħa minn din il-pożizzjoni hekk kif skonthom żgur mhux qiegħed jirrappreżenta l-valuri tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Fl-ittra jinsistu li minħabba l-pożizzjoni li qed iżomm Micallef ma jista’ qatt jimxi b’imġieba partiġġjana kif ukoll hija tal-mistħija li qed juża l-irwol tiegħu sabiex jirredikola pubblikament l-artisti li jikritikaw dawk il-persuni li jinsabu fil-poter. Huma komplew jgħidu li Micallef qiegħed fid-dmir li jiddefendi dawn l-artisti u mhux li jattakkahom minħabba l-kulur politiku tiegħu.

Dan kollu fid-dawl li aktar kmieni din il-ġimgħa, grupp ta’ kittieba minn PEN International ikkritikaw lil Micallef f’ittra fost oħrajn indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.

Fost id-diversi kummenti li għadda Jason Micallef, insibu l-post fuq Facebook f’okkażżjoni ta’ St.Patrick’s Day – fejn b’logħob bil-kliem