Raġel Taljan ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi u raġel Ingliż ta’ 36 sena sofra ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku li seħħ matul dan il-lejl.
L-inċident seħħ fi Triq il-Marfa l-Mellieħa għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu.
Fl-inċident raġel Ingliz ta’ 36 sena, residenti San Pawl il-Baħar, kien qed isuq karozza tat-tip Peugeot 207 meta tilef il-kontroll tal-karozza, tela’ fuq is-centre strip, spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq u ħabat ma’ karozza oħra tat-tip Fiat Seicento misjuqa minn raġel Taljan ta’ 29 sena.
Is-sewwieq Taljan inqabad fil-karozza u kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex seta’ jinħareġ.
Fuq il-post issejjah tim mediku li ha lill-vittmi l-isptar. Iktar tard it-Taljan ta’ 29 sena kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li s-sewwieq l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>