Lokali

Muscat jinċita folla biex ‘tagħti risposta’ lil min hu kontra l-korruzzjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jiċita folla biex tattendi d-dimostrazzjoni li qed jorganizza l-Partit Laburista fl-1 ta’ Mejju biex jagħtu risposta lil dawk li qed jipprotestaw kontra l-korruzzjoni.

Muscat inċita għal folla Laburista waqt telefonata li saritlu l-Ħadd filgħodu fuq l-istazzjon One Radio.

Meta kien mistoqsi dwar l-aħħar żviluppi wara dak li kien żvelat fil-Forbidden Stories, Joseph Muscat qal li l-poplu m’għandux jinkwetax, anke jekk isem pajjiżna spiċċa fil-faċċati tal-iktar gazzetti influwenti madwar id-dinja.

Fil-kollegament telefoniku, għal darba oħra Joseph Muscat ma wera l-ebda intenzjoni li jieħu azzjoni immedjata fil-konfront ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri u sostna li wieħed għandu jħalli l-investigazzjonijiet għaddejjin. Hu qal dan minkejja li fil-jiem li għaddew ħarġu provi ċari u ġodda li kien hemm ħasil ta’ flus mill-eqreb persuni tiegħu.

Minflok, Muscat qal li għad iridu jittieħdu passi anke kontra min qed jagħmel attentat biex issir ħsara lil pajjiżna billi jgħid affarijiet mhux veritieri.
Sadanittant, minkejja qasma ċara fil-Partit Laburista, fosthom fil-Grupp Parlamentari Laburista, kif ukoll minkejja dikjarazzjonijiet fl-apert mill-iktar cari minn mill-eks Deputat Laburista Deborah Schembri u l-eks Deputat Mexxej Laburista George Vella kontra l-emendi li qed iressaq il-gvern ghal-ligi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni, waqt l-intervista Joseph Muscat ipprova jaghti impressjoni mod iehor meta qal li l-Grupp Parlamentari Laburista huwa maghqud fuq din il-kwistjoni.