It-tibdil dwar il-liġi tal-protezzjoni dwar l-embrijuni li se tiddaħħal b’mod mgħaġġel toħloq impatt soċjali u toħloq sfidi etiċi, mediċi u morali.
Sostna dan id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri meta indirizza l-attivita’ politika fil-każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Hu fakkar li l-liġi tal-2012, li fuqha hemm qbil unanimu, kienet iddikjarat li l-embrijun hu l-bidu tal-ħajja umana. Aħna qegħdin hawn biex nirrikonoxxu u nipproteġu dan il-fatt, qal Stephen Spiteri.
Il-Kandidat tal-PN Michael Axiak tenna li l-bniedem hu is-suġġett u mhux l-oġġett. Fakkar kif il-proċess tal-IVF kif regolat mill-liġi mgħoddija mill-Gvern Nazzjonalista’ għandu rata ta’ suċċess ta’ 30%, aħjar mill-medja fl-UE ta’ 28% fejn f’pajjiżi oħrajn jiffriżaw l-embrijuni.
Michael Axiak qal li miljuni ta’ ħajjiet umani qegħdin jintremew fejn skont ċifri, maż-żewġ miljun embrijun iffriżat ma jintużawx u jew jintremew jew jintużaw għar-riċerka u mbagħad jintremew.
Fl-intervent tiegħu, il-Kunsillier tal-PN għal Tas-Sliema Michael Briguglio appella għall-għaqda
Michael Briguglio qal li filwaqt li l-Gven qed jiftaħar bl-ekonomija u n-nuqqas ta’ qgħad, iċ-ċifri juru li 7,000 żagħżagħ m’humiex qed jaħdmu, m’humiex qed jirreġistraw u m’humiex isegwu xi kors f’xi istituzzjoni edukattiva jew ta’ taħriġ.
Hu kkritika l-proposta tas-surrogacy fejn qal li s-suppost Gvern feminista qed imur kontra d-dinjita’ tal-persuna billi mara jġibha fabbrika tat-trabi.
//= $special ?>

